Bewsa

Lyrics
L-ewwel darba li lilek rajtek U b'themiża malajr irbaħtek Mhux se tibqa' aktar int waħdek Titlaq żgur mhux se nħallik B'idi f'idek niżfnu mar-ritmu It-taħbit ta' qlubna nżidu Ngħixu llum b'fiduċja rridu Tagħna issa sibna t-triq Kif tersaq lejja taqbadli jdejja Ninsa l-imgħoddi u dak li kien kien Tħares b'passjoni dirett ġo għajnejja Fjammi jitkebbsu għall-isbaħ ġejjien Bewsa agħtini fuq xofftejja Għal dejjem ibqa' ħdejja Fi ħdanek inkun f'ġenna tal-art Ġmielek bħall-frotta barra żmienha Twennisni f'kull tgħanniqa Il-bewsa tiegħek tmelles il-qalb Bħaċ-ċirasa ħelu dak kliemek Mhux sigriet li jien tant nixtieqek Nirien tqabbad meta nkun qribek Ħajti kollha lest nagħtik Jgħidu x'jgħidu lilek irridek Għaliex domt żmien twil biex insibek M'hemmx bżonn kliem Mill-ewwel jien nifhmek Kull sekonda ngawdik Kif tersaq lejja taqbadli jdejja Ninsa l-imgħoddi u dak li kien kien Tħares b'passjoni dirett ġo għajnejja Fjammi jitkebbsu għall-isbaħ ġejjien Bewsa agħtini fuq xofftejja Għal dejjem ibqa' ħdejja Fi ħdanek inkun f'ġenna tal-art Ġmielek bħall-frotta barra żmienha Twennisni f'kull tgħanniqa Il-bewsa tiegħek tmelles il-qalb Bewsa Bewsa Bewsa agħtini fuq xofftejja Għal dejjem ibqa' ħdejja Fi ħdanek inkun f'ġenna tal-art Ġmielek bħall-frotta barra żmienha Twennisni f'kull tgħanniqa Il-bewsa tiegħek tmelleѕ il-qаlb
Rate this song
0/5.0 - 0 Ratings
Loading comments...